9.1.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 6/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein hallinto-oikeus- il-Finlandja) – Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy vs Työ- ja elinkeinoministeriö
(Kawża C-506/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikolu 10a - Metodu ta’ allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas - Kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi - Deċiżjoni 2013/448/UE - Artikolu 4 - Anness II - Validità - Applikazzjoni tal-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali uniformi għall-installazzjonijiet tas-setturi esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx ta’ karbonju - Determinazzjoni tal-parametru referenzjali ta’ prodott għall-metall sħun - Deċiżjoni 2011/278/UE - Artikolu 10(9) - Anness I - Validità))
(2017/C 006/05)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein hallinto-oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Yara Suomi Oy, Borealis Polymers Oy, Neste Oil Oyj, SSAB Europe Oy
Konvenuta: Työ- ja elinkeinoministeriö
Dispożittiv
1)
L-eżami tat-tielet u tar-raba’ domanda ma wera ebda element ta’ natura li jaffettwa l-validità tal-Artikolu 15(3) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.
2)
L-eżami tas-sitt u s-seba’ domanda ma wera ebda element tali li jaffettwa l-validità tal-Anness I tad-Deċiżjoni 2011/278.
3)
L-eżami tal-ħames domanda ma wera l-ebda element li jista’ jaffettwa l-validità tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 10(9) tad-Deċiżjoni 2011/278.
4)
L-Artikolu 4 u l-Anness II tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013 dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill huma invalidi.
5)
L-effetti tad-dikjarazzjoni ta’ invalidità tal-Artikolu 4 u tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2013/448 huma llimitati ratione temporis b’mod li, minn naħa, ikollhom effett biss meta jintemm perijodu ta’ għaxar xhur mid-data tal-għoti tas-sentenza tat-28 ta’ April 2016, Borealis Polyolefine et (C 191/14, C 192/14, C 295/14, C 389/14 u C 391/14 sa C 393/14, EU:C:2016:311) sabiex il-Kummissjoni Ewropea tkun tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa u, min-naħa l-oħra, li l-miżuri adottati sakemm jintemm dan il-perijodu fuq il-bażi tad-dispożizzjonijiet invalidati ma jkunux jistgħu jiġu kkontestati.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015
Full & Egal Universal Law Academy