23.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 389/11
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nejvyšší správní soud – ir-Repubblia Ċeka) – Český telekomunikační úřad vs T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s.
(Kawża C-508/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/22/KE (Direttiva “servizz universali”) - Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji - Effett dirett - Applikazzjoni ratione temporis))
(2015/C 389/13)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Český telekomunikační úřad
Konvenuti: T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s.
Fil-preżenza ta’: O2 Czech Republic a.s., li kienet Telefónica Czech Republic a.s., UPC Česká republika s.r.o.
Dispożittiv
1)
L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali tkun tinkludi l-“profitt raġonevoli” tal-fornitur ta’ dan is-servizz ikkostitwit mir-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji meħtieġa minn impriża paragunabbli mal-fornitur tas-servizz universali li tkun qed tikkunsidra jekk tfornix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għall-perijodu kollu ta’ inkarigu jew le, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell tar-riskju.
2)
L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipproduċu effett dirett u li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem qorti nazzjonali minn individwi sabiex jikkontestaw deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali.
3)
Id-Direttiva 2002/22 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma hijiex applikabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali pprovduti mill-impriża nnominata matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni, jiġifieri, għas-sena 2004, matul il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April 2004.
(1) ĠU C 56, 16.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy