1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-26 ta’ Novembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco – Spanja) – Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF) vs Luis Aira Pascual, Algeposa Terminales Ferroviarios SL, Fondo de Garantía Salarial
(Kawża C-509/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2001/23/KE - Artikolu 1(1) - Trasferimenti ta’ impriżi - Żamma tad-drittijiet tal-ħaddiema - Obbligu tat-teħid lura tal-ħaddiema miċ-ċessjonarju - Impriża pubblika inkarigata li toffri servizz pubbliku - Provvista ta’ servizz minn impriża oħra bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tas-servizzi pubbliċi - Deċiżjoni li dan il-kuntratt ma jiġġeddidx wara l-iskadenza - Żamma tal-identità tal-entità ekonomika - Attività li hija essenzjalment ibbażata fuq it-tagħmir - Assenza ta’ teħid lura tal-persunal))
(2016/C 038/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF)
Konvenuta: Luis Aira Pascual, Algeposa Terminales Ferroviarios SL, Fondo de Garantía Salarial
Dispożittiv
L-Artikolu 1(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji, għandu jiġi interpretat fis-sens li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva sitwazzjoni li fiha impriża pubblika, inkarigata b’attività ekonomika ta’ mmaniġġar ta’ unitajiet ta’ trasport intermodali, tagħti, permezz ta’ kuntratt ta’ ġestjoni tas-servizz pubbliċi, l-eżekuzzjoni ta’ din l-attività lil impriża oħra, billi tagħmel għad-dispożizzjoni ta’ din tal-aħħar l-infrastrutturi u t-tagħmir neċessarju li jappartjenu lilha, u sussegwentement tiddeċiedi li tittermina dan il-kuntratt mingħajr ma tieħu lura l-persunal ta’ din l-aħħar impriża, minħabba l-fatt li, mil-lum 'il quddiem, hija stess ser teżegwixxi l-imsemmija attività bil-persunal tagħha stess.
(1) ĠU C 26, 26.1.2015.
Full & Egal Universal Law Academy