22.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 305/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Bologna – l-Italja) – Pebros Servizi Srl vs Aston Martin Lagonda Ltd
(Kawża C-511/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 805/2004 - Titolu eżekuttiv Ewropew għall-krediti mhux ikkontestati - Artikolu 3(1)(b) - Kundizzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni - Sentenza fil-kontumaċja - Kunċett ta’ “kreditu mhux ikkontestat” - Aġir proċedurali ta’ parti li twassal għal “assenza ta’ kontestazzjoni tal-kreditu”])
(2016/C 305/08)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bologna
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pebros Servizi Srl
Konvenuta: Aston Martin Lagonda Ltd
Dispożittiv
Il-kundizzjonijiet li fihom, fil-każ ta’ deċiżjoni fil-kontumaċja, debitu huwa meqjus “mhux ikkontestat”, fis-sens tal punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [titolu eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati, għandhom jiġu ddeterminati b’mod awtonomu, bis-saħħa ta’ dan ir-regolament biss.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy