14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/13
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru
(Kawża C-515/14) (1)
(“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-persuni - Ħaddiema - Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE - Benefiċċji tax-xjuħija - Differenza fit-trattament marbuta mal-età - Uffiċjali ta’ Stat Membru ta’ età ta’ inqas minn 45 sena u li jitilqu minn dan l-Istat Membru biex jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea”)
(2016/C 098/16)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Tserepa-Lacombe u D. Martin, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru (rappreżentanti: N. Ioannou u D. Kalli, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħassritx, b’effett retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2004, il-kriterju marbut mal-età li jinsab fl-Artikolu 27 tal-Liġi 97 (Ι)/1997 dwar l-irtirar, li jiddiswadi lill-ħaddiema milli jitilqu mill-Istat Membru tal-oriġini tagħhom biex jeżerċitaw attività professjonali fi Stat Membru ieħor jew fi ħdan istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jew ta’ organizzazzjoni internazzjonali oħra u li għandha l-effett li tistabbilixxi trattament differenti bejn il-ħaddiema migranti, inklużi dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew f’organizzazzjoni internazzjonali oħra, minn naħa, u l-uffiċjali li eżerċitaw l-attività tagħhom f’Ċipru, min-naħa l-oħra, ir-Repubblika ta’ Ċipru naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikoli 45 TFUE u 48 TFUE kif ukoll skont l-Artikolu 4(3) TUE.
2)
Ir-Repubblika ta’ Ċipru hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 23.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy