14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-15 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Niedersächsisches Finanzgericht – il-Ġermanja) – Senatex GmbH vs Finanzamt Hannover-Nord
(Kawża C-518/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112KE - Artikoli 167, 178(a), 179 u 226(3) - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Ħruġ ta’ fatturi mingħajr numru fiskali u lanqas numru ta’ identifikazzjoni tal-VAT - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi r-rettifika ex tunc ta’ fattura))
(2016/C 419/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Niedersächsisches Finanzgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Senatex GmbH
Konvenut: Finanzamt Hannover-Nord
Dispożittiv
L-Artikolu 167, l-Artikolu 178(a), l-Artikolu 179 u l-Artikolu 226(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha r-rettifika ta’ fattura li teħtieġ kontenut obbligatorju, jiġifieri n-numru ta’ identifikazzjoni tat-taxxa fuq il-valur miżjud, ma tipproduċix effett retroattiv, b’tali mod li d-dritt għal tnaqqis ta’ din it-taxxa eżerċitat fir-rigward tal-fattura rrettifikata jirrigwarda mhux is-sena li fiha din il-fattura kienet inizjalment stabbilita, iżda s-sena li fiha ġiet irrettifikata.
(1) ĠU C 34, 2.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy