14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/14
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-21 ta’ Jannar 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft vs If Vahinkovakuutusyhtiö Oy
(Kawża C-521/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Punt 2 tal-Artikolu 6 - Ġurisdizzjoni - Azzjoni dwar garanzija jew intervent minn parti terza kontra parti fi proċedura quddiem il-qorti adita bit-talba oriġinali])
(2016/C 098/17)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SOVAG SOVAG – Schwarzmeer und Ostsee Versicherungs-Aktiengesellschaft
Konvenuta: If Vahinkovakuutusyhtiö Oy
Dispożittiv
Il-punt 2 tall-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar tas-sentenzi tal-qorti f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu jestendi għal azzjoni li tressaq terza persuna, skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali, kontra l-konvenut fil-proċedura oriġinali u li jkollha bħala suġġett talba marbuta mill-qrib ma’ din it-talba oriġinali, intiża sabiex tikseb ir-rimbors tal-kumpens imħallas minn din it-terza persuna lir-rikorrent fl-imsemmija proċedura oriġinali, bil-kundizzjoni li din l-azzjoni ma tkunx tressqet sabiex tneħħi lill-imsemmi konvenut mill-ġurisdizzjoni tal-qorti tiegħu.
(1) ĠU C 34, 02.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy