14.12.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 414/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank Gelderland – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA vs VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren
(Kawża C-523/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 1 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ilment b’kostituzzjoni parti ċivili - Artikolu 27 - Lis alibi pendens - Talba mressqa quddiem qorti ta’ Stat Membru ieħor - Istruttorja ġudizzjarja pendenti - Artikolu 30 - Data li fiha qorti titqies li ġiet adita))
(2015/C 414/13)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Gelderland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aannemingsbedrijf Aertssen NV, Aertssen Terrassements SA
Konvenuti: VSB Machineverhuur BV, Van Someren Bestrating BV, Jos van Someren
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li lment b’kostituzzjoni parti ċivili mressaq quddiem qorti istruttorja jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament sa fejn dan huwa intiż għall-kumpens pekunjarju għad-dannu allegat mil-lanjant.
2)
L-Artikolu 27(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li talba titressaq, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta lment b’kostituzzjoni parti ċivili jkun tressaq quddiem qorti istuttorja, anki jekk l-istruttorja tal-kawża inkwistjoni tkun għadha ma ngħalqitx.
3)
L-Artikolu 30 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interprtat fis-sens li, meta persuna tressaq ilment b’kostituzzjoni parti ċivili quddiem qorti istruttorja permezz tal-preżentata ta’ att li ma għandux, skont id-dritt nazzjonali applikabbli, jiġi nnotifikat qabel din il-preżentata, id-data li għandha titqies sabiex jiġi kkunsidrat li din il-qorti hija adita hija dik li fiha tressaq dan l-ilment.
(1) ĠU C 34, 02.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy