14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/7
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Settembru 2016 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Ċeka
(Kawża C-525/14) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-merkanzija - Artikolu 34 TFUE - Restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjoni - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Metalli prezzjużi mbollati f’pajjiż terz b’mod konformi mal-leġiżlazzjoni Olandiża - Importazzjoni fir-Repubblika Ċeka wara rilaxx għal ċirkulazzjoni libera - Rifjut ta’ rikonoxximent ta’ boll - Protezzjoni tal-konsumaturi - Proporzjonalità - Ammissibbiltà))
(2016/C 419/08)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková, E. Manhaeve u G. Wilms, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller, J. Vláčil u J. Očková, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u R. Coesme, aġenti)
Dispożittiv
1)
Peress li rrifjutat tirrikonoxxi l-bolol ta’ garanzija ta’ WaarborgHolland, ir-Repubblika Ċeka naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 34 TFUE.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika Ċeka u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015
Full & Egal Universal Law Academy