19.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 343/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-21 ta’ Lulju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa – il-Latvja) – SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un KO”), SIA “Ausma grupa” vs Konkurences padome u Konkurences padome vs SIA “Pārtikas kompānija”
(Kawża C-542/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Artikolu 101(1) TFUE - Sitwazzjoni purament interna - Applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali analoga - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Prattika miftiehma - Responsabbiltà ta’ impriża għall-aġir ta’ fornitur ta’ servizzi - Kundizzjonijiet])
(2016/C 343/05)
Lingwa tal-kawża: il-Latvjan
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: SIA “VM Remonts” (li kienet SIA “DIV un KO”), SIA “Ausma grupa”, Konkurences padome
Konvenuta: Konkurences padome, SIA “Pārtikas kompānija”
Dispożittiv
L-Artikolu 101(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li impriża tista’, bħala prinċipju, tinżamm responsabbli għal prattika miftiehma minħabba l-aġir ta’ fornitur indipendenti li jipprovdilha servizzi biss jekk waħda minn dawn il-kundizzjonijiet hija ssodisfatta:
—
il-fornitur kien jopera fil-verità taħt id-direzzjoni jew il-kontroll tal-impriża involuta, jew
—
din l-impriża kellha għarfien tal-għanijiet antikompetittivi mfittxija mill-kompetituri tagħha u mill-fornitur u riedet tikkontribwixxi għalihom bl-aġir tagħha stess, jew
—
l-imsemmija impriża setgħet raġonevolment tipprevedi l-aġir antikompetittiv tal-kompetituri tagħha u tal-fornitur u kienet lesta taċċetta dan ir-riskju.
(1) ĠU C 56, 16.12.2015.
Full & Egal Universal Law Academy