13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/15
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Udine – l-Italja) – kawża mressqa minn Degano Trasporti Sas di Ferrucio Degano & C., fi stralċ
(Kawża C-546/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - VAT - Artikolu 4(3) TUE - Direttiva 2006/112/KE - Insolvenza - Proċedura ta’ arranġament mal-kredituri - Ħlas parzjali tad-dejn tal-VAT))
(2016/C 211/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Udine
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Degano Trasporti Sas di Ferrucio Degano & C., fi stralċ
Konvenut: Pubblico Ministero presso il Tribunale di Udine
Dispożittiv
L-Artikolu 4(3) TUE kif ukoll l-Artikoli 2, 250(1) u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, interpretata fis-sens li kummerċjant f’sitwazzjoni ta’ insolvenza jista’ jadixxi lil qorti b’talba għall-ftuħ ta’ proċedura ta’ arranġament mal-kredituri bil-għan li d-dejn jiġi kkonstatat u l-patrimonju tiegħu jiġi llikwidat, li fiha huwa jipproponi biss ħlas parzjali ta’ dejn ta’ VAT billi jistabbilixxi perizja mwettqa minn espert indipendenti li dan id-dejn ma jiġix irrimborsat b’mod iktar effettiv fil-każ ta’ falliment tal-imsemmi kummerċjant.
(1) ĠU C 81, 9.3.2015
Full & Egal Universal Law Academy