18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-26 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret - id-Danimarka) – Envirotec Denmark ApS vs Skatteministeriet
(Kawża C-550/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Direttiva 2006/112/KE - Awtolikwidazzjoni - Artikolu 198(2) - Deheb fil-forma ta’ materja prima jew fil-forma ta’ prodotti semimanifatturati - Kunċett - Artikolu 199(1)(d), u Anness VI - Materjali użati, skart u ruttam - Ingotti li jirriżultaw mit-tidwib ta’ oġġetti u ta’ ruttam diversi, intiżi sabiex jippermettu l-estrazzjoni tad-deheb u ta’ purità tad-deheb ta’ iktar minn 325 parti minn kull elf))
(2016/C 260/04)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Envirotec Denmark ApS
Konvenut: Skatteministeriet
Dispożittiv
L-Artikolu 198(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan japplika għal kunsinna ta’ ingotti, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, komposti minn liega rozza u alleatorja miksuba mill-fużjoni ta’ ruttam u ta’ diversi oġġetti tal-metall li fihom id-deheb, kif ukoll metalli oħra, materjali u sustanzi, u li jkun fihom, skont l-ingott, kontenut ta’ deheb ta’ madwar 500 jew 600 parti minn kull elf.
(1) ĠU C 56, 16.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy