10.4.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Frar 2017 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no6 de Murcia – Spanja) – IOS Finance EFC SA vs Servicio Murciano de Salud
(Kawża C-555/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2011/7/UE - Tranżazzjonijiet kummerċjali bejn impriżi privati u awtoritajiet pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkundizzjona l-irkupru immedjat tal-ammont prinċipali ta’ dejn għar-rinunzja tal-interessi moratorji u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru))
(2017/C 112/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Contencioso-Administrativo no6 de Murcia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: IOS Finance EFC SA
Konvenut: Servicio Murciano de Salud
Dispożittiv
Id-Direttiva 2011/7/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Frar 2011, dwar il-ġlieda kontra l-ħlas tard [ħlas tardiv] fi tranżazzjonijiet kummerċjali, u b’mod partikolari, l-Artikolu 7(2) u (3) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-kreditur jirrinunzja għall-interessi moratorji u għall-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru inkambju għall-ħlas immedjat tal-ammont prinċipali ta’ djun eżiġibbli, sakemm tali rinunzja tkun saret b’kunsens liberu, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
(1) ĠU C 56, 16.2.2015
Full & Egal Universal Law Academy