13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/16
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-7 ta’ April 2016 – Holcim (Romania) SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-556/14 P) (1)
((Appell - Ambjent - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Unjoni Ewropea - Direttiva 2003/87/KE - Artikoli 19 u 20 - Regolament (KE) Nru 2216/2004 - Artikolu 10 - Sistema ta’ reġistri għal tranżazzjonijiet dwar kwoti ta’ emissjonijiet - Responsabbiltà għal nuqqas - Rifjut tal-Kummissjoni li tiżvela informazzjoni u li tipprekludi kull tranżazzjoni li tikkonċerna kwoti ta’ emissjonijiet misruqa - Responsabbiltà mingħajr nuqqas”)
(2016/C 211/18)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Holcim (Romaina) SA (rappreżentant: L. Arnauts, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u K. Mifsud-Bonnici, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Holcim (Romania) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C ##, ##.
Full & Egal Universal Law Academy