29.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 314/2
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ġunju 2016 – Il Kummissjoni Ewropea vs Ir Repubblika Portugiża
(Kawża C-557/14) (1)
((“Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Somma f’daqqa u pagamenti ta’ penalità”))
(2016/C 314/03)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Braga da Cruz u E. Manhaeve, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Brito e Silva u J. Reis Silva, aġenti)
Dispożittiv
1)
Billi ma ħaditx il-miżuri kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-530/07, EU:C:2009:292), ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.
2)
Fil-każ li n-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu kkonstatat fil-punt 1 jippersisti fil-jum li fih tingħata din is-sentenza, ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, pagamenti ta’ penalità ta’ EUR 8 000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-530/07, EU:C:2009:292), mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, u sal-eżekuzzjoni sħiħa tas-sentenza tas-7 ta’ Mejju 2009, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall (C-530/07, EU:C:2009:292).
3)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, is-somma f’daqqa ta’ EUR 3 000 000.
4)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 46, 9.6.2015.
Full & Egal Universal Law Academy