18.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/4
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Mejju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākā tiesa - il-Latvja) – Rūdolfs Meroni vs Recoletos Limited
(Kawża C-559/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ miżuri provviżorji u kawtelatorji - Kunċett ta’ “ordni pubbliku”])
(2016/C 260/05)
Lingwa tal-kawża: il-Latvja
Qorti tar-rinviju
Augstākā tiesa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Rūdolfs Meroni
Konvenuta: Recoletos Limited
fil-preżenza ta’: Aivars Lembergs, Olafs Berķis, Igors Skoks, Genādijs Ševcovs
Dispożittiv
L-Artikolu 34(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, moqri fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ digriet mogħti minn qorti ta’ Stat membru, li ngħata mingħajr ma terz, li d-drittijiet tiegħu jistgħu jiġu affettwati minn dan id-digriet, ma jkun instema’, ma għandhomx jitqiesu li huma manifestament kontra l-ordni pubbliku tal-Istat Membru mitlub u kontra d-dritt għal smigħ xieraq fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, sa fejn ikun possibbli għalih li jsostni d-drittijiet tiegħu quddiem din il-qorti.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy