13.6.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 211/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – L-Awstrija) – Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH vs Amazon EU Sàrl, Amazon Services Europe Sàrl, A GmbH, Amazon Logistik GmbH, Amazon Media Sàrl
(Kawża C-572/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Artikolu 5(3) - Kunċett ta’ “delitt jew kważi delitt” - Direttiva 2001/29/KE - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Artikolu 5(2)(b) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Riproduzzjoni għal użu privat - Kumpens ġust - Nuqqas ta’ ħlas - Inklużjoni eventwali fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 44/2001))
(2016/C 211/21)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberster Gerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Austro-Mechana Gesellschaft zur Wahrnehmung mechanisch-musikalischer Urheberrechte Gesellschaft mbH
Konvenuti: Amazon EU Sàrl, Amazon Services Europe Sàrl, A GmbH, Amazon Logistik GmbH, Amazon Media Sàrl
Dispożittiv
L-Artikolu 5(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li talba intiża li tikseb il-ħlas tar-remunerazzjoni dovuta bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timplementa s-sistema ta’ “kumpens ġust” prevista fl-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, taqa’ taħt “delitt jew kważi delitt”, fis-sens tal-Artikolu 5(3) ta’ dan ir-regolament.
(1) ĠU C 81, 9.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy