19.12.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 475/3
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Patrick Breyer vs Bundesrepublik Deutschland
(Kawża C-582/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ipproċessar ta’ data personali - Direttiva 95/46/KE - Artikolu 2(a) - Artikolu 7(f) - Kunċett ta’ “data personali” - Indirizzi tal-protokoll tal-Internet - Żamma minn fornitur ta’ servizzi ta’ media online - Liġi nazzjonali li ma tippermettix li jitqies l-interess leġittimu segwit mill-kontrollur))
(2016/C 475/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Patrick Breyer
Konvenuta: Bundesrepublik Deutschland
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u l-moviment liberu ta’ tali data, għandu jiġi interpretat fis-sens li indirizz IP dinamiku rreġistrat minn fornitur tas-servizzi ta’ media online meta ssir konsultazzjoni minn persuna ta’ sit internet li dan il-fornitur jagħmel aċċessibbli għall-pubbliku jikkostitwixxi, fir-rigward tal-imsemmi fornitur, data personali fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta jkollu mezzi legali li jippermettulu jidentifika l-persuna kkonċernata bis-saħħa tal-informazzjoni addizzjonali li għandu l-fornitur tal-aċċess għall-internet ta’ din il-persuna.
2)
L-Artikolu 7(f) tad-Direttiva 95/46 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li fuq il-bażi tagħha fornitur ta’ servizzi ta’ media online ma jistax jiġbor u juża data personali ta’ utent ta’ dawn is-servizzi, mingħajr il-kunsens tiegħu, ħlief sa fejn dan il-ġbir u dan l-użu jkunu neċessarji sabiex jiġi ffaċilitat u ffatturat l-użu konkret tal-imsemmija servizzi minn dan l-utent, mingħajr ma l-għan intiż li tiġi ggarantita l-kapaċità ġenerali tal-funzjonament tal-istess servizzi ma jkun jista’ jiġġustifika l-użu tal-imsemmija data wara sessjoni ta’ konsultazzjoni ta’ din tal-aħħar.
(1) ĠU C 89, 16.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy