16.8.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 296/10
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Curtea de Apel Cluj – ir-Rumanija) – Vasile Budișan vs Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj
(Kawża C-586/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa miġbura minn Stat Membru fuq il-karozzi waqt l-ewwel reġistrazzjoni jew l-ewwel trasferiment tad-dritt ta’ proprjetà - Newtralità fiskali bejn il-karozzi użati minn Stati Membri oħra u l-karozzi simili disponibbli fis-suq nazzjonali))
(2016/C 296/13)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Curtea de Apel Cluj
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Vasile Budișan
Konvenuta: Administrația Județeană a Finanțelor Publice Cluj
Dispożittiv
L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens:
—
li ma jipprekludix li Stat Membru jistabbilixxi taxxa fuq il-karozzi imposta fuq il-karozzi użati li jiġu importati mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom f’dan l-Istat Membru u l-karozzi diġà rreġistrati fl-imsemmi Stat Membru mal-ewwel trasferiment f’dan l-istess Stat Membru tad-dritt ta’ proprjetà fuq dawn tal-aħħar,
—
li jipprekludi li dan l-Istat Membru jeżenta minn din it-taxxa l-karozzi diġà rreġistrati li fir-rigward tagħhom tħallset iżda ma tħallsitx lura taxxa preċedentement fis-seħħ li ġiet iddikjarata inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni.
(1) ĠU C 107, 30.3.2015
Full & Egal Universal Law Academy