14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-21 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court) – ir-Renju Unit) – European Federation for Cosmetic Ingredients vs Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Attorney General
(Kawża C-592/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Prodotti kożmetiċi - Regolament (KE) Nru 1223/2009 - Artikolu 18(1)(b) - Prodotti kożmetiċi li jkun fihom ingredjenti jew għaqdiet ta’ ingredjenti li, “sabiex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ dan ir-Regolament” kienu s-suġġett ta’ testijiet fuq l-annimali - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea - Portata))
(2016/C 419/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: European Federation for Cosmetic Ingredients
Konvenuta: Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Attorney General
Fil-preżenza ta’: Cruelty Free International, li qabel kienet British Union for the Abolition of Vivisection, European Coalition to End Animal Experiments
Dispożittiv
L-Artikolu 18(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-prodotti kożmetiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li jista’ jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq tal-Unjoni Ewropea ta’ prodotti kożmetiċi li ċerti ingredjenti tagħhom kienu s-suġġett ta’ ttestjar fuq l-annimali barra mill-Unjoni Ewropea, għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti kożmetiċi f’pajjiżi terzi, jekk id-data li tirriżulta minn dan l-ittestjar tintuża sabiex tiġi pprovata s-sigurtà tal-imsemmija prodotti għall-finijiet tat-tqegħid tagħhom fis-suq tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU C 81, 09,03,2015.
Full & Egal Universal Law Academy