14.11.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 419/9
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-14 ta’ Settembru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Madrid – Spanja) – Ana de Diego Porras vs Ministerio de Defensa
(Kawża C-596/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Klawżola 4 - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Kunċett ta’ “kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” - Allowance għax-xoljiment ta’ kuntratt ta’ xogħol - Allowance mhux previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali għal kuntratti ta’ xogħol temporanju - Differenza fit-trattament meta mqabbla mal-ħaddiema għal żmien indeterminat))
(2016/C 419/11)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ana de Diego Porras
Konvenut: Ministerio de Defensa
Dispożittiv
1)
Il-punt 1 tal-klawżola 4tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], li jinsab fl-Anness tad-Direttiva 1999/70/KE, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” jinkludi l-kumpens li persuna li timpjega hija obbligata tħallas lil ħaddiem minħabba x-xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat tiegħu.
2)
Il-klawżola 4 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tirrifjuta kwalunkwe allowance ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ xogħol tal-ħaddiem impjegat fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ xogħol “interinidad” minkejja li tippermetti li tali allowance jingħata, b’mod partikolari, lill-ħaddiema komparabbli impjegati għal żmien indeterminat. Il-fatt biss li dan il-ħaddiem ikun temm ix-xogħol tiegħu fuq il-bażi ta’ kuntratt ta’ xogħol ta’ “interinidad” ma jistax jikkostitwixxi raġuni oġġettiva li tiġġustifika r-rifjut li l-imsemmi ħaddiem jista’ jibbenefika minn dan l-allowance.
(1) ĠU C 96, 23.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy