29.5.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 168/5
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-5 ta’ April 2017 – L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea vs Gilbert Szajner, Forge de Laguiole
(Kawża C-598/14 P) (1)
((Appell - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(4) - Artikolu 65(1) u (2) - Trade mark verbali LAGUIOLE - Talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bbażata fuq dritt preċedenti, miksub bis-saħħa tad-dritt nazzjonali - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO - Rwol tal-qorti tal-Unjoni))
(2017/C 168/04)
Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea. (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedura: Gilbert Szajner (rappreżentant: A. Sam-Simenot, avukat), Forge de Laguiole (rappreżentant: F. Fajgenbaum, avukat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) huwa kkundannat għall-ispejjeż.
3)
Forge de Laguiole SARL għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 96, 23/3/2015.
Full & Egal Universal Law Academy