8.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 48/6
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Diċembru 2015 – El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-603/14 P) (1)
(Appell - Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark vebali “The English Cut” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade marks nazzjonali u Komunitarji verbali u figurattivi li jinkludu l-elementi verbali “El Corte Inglés” - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(5) - Riskju li l-pubbliku kkonċernat jagħmel konnessjoni ma’ trade mark li tibbenefika minn reputazzjoni - Grad ta’ xebh meħtieġ)
(2016/C 048/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellanti: El Corte Inglés, SA (rappreżentant: J. Rivas Zurdo, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ottubru 2014, El Corte Inglés vs UASI – English Cut (The English Cut) (T-515/12, EU:T:2014:882), hija annullata sa fejn tiddeċiedi li mill-fatt li s-sinjali f’kunflitt ma għandhomx grad ta’ xebh biżżejjed sabiex iwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, jirriżulta li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8(5) ta’ dan l-artikolu lanqas ma kienu, għaldaqstant, sodisfatti f’dan il-każ.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 107, 30.03.2015.
Full & Egal Universal Law Academy