22.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 68/18
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-17 ta’ Diċembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Korkein oikeus – il-Finlandja) – Virpi Komu, Hanna Ruotsalainen, Ritva Komu vs Pekka Komu, Jelena Komu
(Kawża C-605/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Kamp ta’ applikazzjoni - Ġurisdizzjoni esklużiva - Artikolu 22(1) - Kawża fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem - Kunċett - Talba għal ħall permezz tal-bejgħ ta’ komunjoni pro indiviso ta’ proprjetajiet immobbli))
(2016/C 068/22)
Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż
Qorti tar-rinviju
Korkein oikeus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Virpi Komu, Hanna Ruotsalainen, Ritva Komu
Konvenuti: Pekka Komu, Jelena Komu
Dispożittiv
L-ewwel frażi tal-Artikolu 22(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li taqa’ taħt il-kategorija tal-kawżi “li jkollhom l-obbjettiv tagħhom in rem fi proprjetà immobbli [fil-qasam tad-drittijiet fuq proprjetà immobbli in rem]” fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni azzjoni ta’ ħall, permezz tal-bejgħ li t-twettiq tiegħu jiġi fdat lil mandatarju, tal-komunjoni pro indiviso ta’ proprjetà immobbli.
(1) ĠU C 81, 9/3/2015.
Full & Egal Universal Law Academy