15.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 315/32
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-3 ta’ Lulju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sozialgericht Duisburg – il-Ġermanja) – Ana-Maria Talasca, Angelina Marita Talasca vs Stadt Kevelaer
(Kawża C-19/14) (1)
([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 53(2) u 94 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari - Inammissibbiltà manifesta])
2014/C 315/51
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Sozialgericht Duisburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ana-Maria Talasca, Angelina Marita Talasca
Konvenuta: Stadt Kevelaer
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sozialgericht Duisburg (il-Ġermanja), permezz ta’ deċiżjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013, hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 142, 12.05.2014.
Full & Egal Universal Law Academy