28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile
(Kawża C-82/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sitt Direttiva 77/388/KEE))
(2015/C 320/04)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agenzia delle Entrate
Konvenuta: Nuova Invincibile
Dispożittiv
L-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 9(17) tal-Liġi Nru 289, tas-27 ta’ Diċembru 2002, li tinkludi dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u multiannwali tal-Istat (Liġi tal-Finanzi għall-2003), li tipprevedi, fid-dawl ta’ terremot li kien laqat il-provinċji ta’ Catania, ta’ Ragusa u ta’ Siracusa, għall-benefiċċju tal-persuni milquta minnu, tnaqqis ta’ 90 % tat-taxxa fuq il-valur miżjud li normalment għandha titħallas għas-snin 1990 sa 1992, b’mod partikolari billi tagħti dritt għal rimbors, f’dan il-proporzjon, tal-ammonti diġà mħallsa skont it-taxxa fuq il-valur miżjud, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tikkorrispondix mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, u ma tippermettix li jiġi żgurat li t-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas fit-territorju Taljan tinġabar kollha.
(1) ĠU C 142, 12.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy