20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 1 de Granada – Spanja) – Marta León Medialdea vs Ayuntamiento de Huetor Vega
(Kawża C-86/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku - Klawżola 3(1) - Kunċett ta’ “ħaddiem għal żmien determinat” - Klawżola 5(1) - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv mill-kuntratti jew mir-relazzjonijiet ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Sanzjonijiet - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat f’kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat mhux permanenti - Dritt għal kumpens))
(2015/C 127/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Social no 1 de Granada
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Marta León Medialdea
Konvenut: Ayuntamiento de Huetor Vega
Dispożittiv
1)
Il-Klawżoli 2 u 3(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan il-ftehim qafas sa fejn dan il-ħaddiem ikun marbut mal-persuna li timpjegah b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat fis-sens ta’ dawn il-klawżoli.
2)
Il-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tinkludi l-ebda miżura effettiva sabiex jiġu ssanzjonati l-abbużi, fis-sens tal-Klawżola 5(1) ta’ dan il-ftehim qafas, li jirriżultaw mill-użu minn kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi fis-settur pubbliku, meta ma tkun teżisti l-ebda miżura effettiva fl-ordinament ġuridiku nazzjonali sabiex jiġu ssanzjonati tali abbużi.
3)
Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, konformement mal-leġiżlazzjoni, mal-ftehimiet kollettivi u/jew mal-prattiki nazzjonali, liema għandha tkun in-natura tal-kumpens mogħti lil ħaddiem bħar-rikorrenti fil-kawża prinċipali sabiex dan il-kumpens ikun jikkostitwixxi miżura suffiċjentement effettiva sabiex jiġu ssanzjonati l-abbużi fis-sens tal-Klawżola 5(1) tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat.
Hija wkoll il-qorti tar-rinviju li għandha, fejn xieraq, tagħti lid-dispożizzjonijiet rilevanti tad-dritt nazzjonali, sa fejn ikun possibbli, interpretazzjoni konformi mad-dritt tal-Unjoni.
(1) ĠU C 142, 12.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy