5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/2
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-GħaxarAwla) tal-21 ta’ Ġunju 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 5 de Cartagena – Spanja) – Aktiv Kapital Portfolio AS, Oslo, fergħa ta’ Zurich, li kienet Aktiv Kapital Portfolio Investment AG vs Angel Luis Egea Torregrosa
(Kawża C-122/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Proċedura għal ordni ta’ ħlas - Proċedura ta’ eżekuzzjoni - Kompetenza tal-qorti nazzjonali tal-eżekuzzjoni sabiex tqajjem ex officio n-nullità tal-klawżola inġusta - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipju ta’ awtorità ta’ res judicata))
(2016/C 326/02)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia no 5 de Cartagena
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Aktiv Kapital Portfolio AS, Oslo, fergħa ta’ Zurich, li kienet Aktiv Kapital Portfolio Invesment AG
Konvenut: Angel Luis Egea Torregrosa
Dispożittiv
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tippermettix lill-qorti li hija mitluba tiddeċiedi dwar l-eżekuzzjoni ta’ digriet għal ordni ta’ ħlas tevalwa ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola li tinsab f’kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur li wassal għal dan id-digriet, minkejja li jkollha l-punti ta’ liġi u ta’ fatt neċessarji għal dan ir-rigward, peress li fl-assenza ta’ oppożizzjoni mill-konsumatur għall-ordni, il-qorti li tkun tat dan id-digriet ma tkunx kompetenti biex tipproċedi b’tali evalwazzjoni.
(1) ĠU C 159, 26.5.2014.
Full & Egal Universal Law Academy