19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Mineralquelle Zurzach AG vs Hauptzollamt Singen
(Kawża C-139/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Klassifikazzjoni tal-merkanzija - Intestatura tariffarja 2202 10 00 - Ilmijiet, inklużi ilmijiet minerali u ilmijiet effervexxenti, biz-zokkor jew materjal ieħor li jagħmel ħelu miżjud jew imħawrin - Intestatura tariffarja 2202 9010 11 - Meraq tal-frott jew meraq tal-ħxejjex imħallat fl-ilma jew magħmul effervexxenti))
(2015/C 016/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Baden-Württemberg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mineralquelle Zurzach AG
Konvenut: Hauptzollamt Singen
Dispożittiv
In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1719/2005, tas-27 ta’ Ottubru 2005, għandha tiġi interpretata fis-sens li xarba, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tikkonsisti b’mod partikolari minn ilma, zokkor, meraq konċentrat ta’ larinġ, lumi, għeneb, ananas, mandolin, nuċiprisk, frott tal-passjoni, polpa tal-berquq, polpa gwav, aċidifikant, minn taħlita ta’ vitamini, ta’ aromi naturali u artifiċjali u li għandha kontenut ta’ meraq tal-frott li jammonta għal 12 %, tidħol fis-subintestatura 2202 10 00 ta’ din in-nomenklatura.
(1) ĠU C 194, 24.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy