1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Tamoil Italia SpA vs Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare
(Kawża C-156/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 191(2) TFUE - Direttiva 2004/35/KE - Responsabbiltà ambjentali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix għall-possibbiltà li l-amministrazzjoni timponi, fuq il-proprjetarji ta’ artijiet mniġża li ma jkunux ikkontribwew għal dan it-tniġġiż, għall-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riparazzjoni u li tipprovdi biss għall-obbligu ta’ rimbors tal-interventi mwettqa mill-amministrazzjoni - Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ minn iniġġeż iħallas, ta’ prekawajoni, ta’ azzjoni preventiva u ta’ korrezzjoni, ,bħala prijorità, fl-oriġini, tal-ħsara għall-ambjent))
(2016/C 038/16)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Tamoil Italia SpA
Konvenut: Ministero dell'Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare
fil-preżenza ta’: Provincia di Venezia, Comune di Venezia, Regione Veneto
Dispożittiv
Id-Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li, meta jkun impossibbli li tiġi identifikata l-persuna responsabbli għat-tniġġiż ta’ art jew li jinkisbu minn din tal-aħħar il-miżuri ta’ riparazzjoni, ma tippermettix lill-awtorità kompetenti li timponi l-eżekuzzjoni ta’ miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ riparazzjoni fuq il-proprjetarju ta’ din l-art, li ma jkunx huwa stess responsabbli għat-tniġġiż, biex b’hekk dan tal-aħħar ikun obbligat biss li jirrimborsa l-ispejjeż marbuta mal-interventi mwettqa mill-awtorità kompetenti fil-limitu tal-valur tas-suq tas-sit, iddeterminat wara l-eżekuzzjoni ta’ dawn l-interventi.
(1) ĠU C 194, 24.06.2014.
Full & Egal Universal Law Academy