1.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 431/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-4 ta’ Settembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija – István Tivadar Szabó vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-204/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kumpannija li akkumulat dejn fiskali - Membru tal-management ta’ din il-kumpannija li ma jistax jiġi rreklutat sabiex jeżerċita funzjoni ta’ membru tal-management f’kumpannija oħra - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni li ntalbet l-interpretazzjoni tagħhom - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni manifesta tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi ta’ natura ipotetika - Inammissibbiltà manifesta))
(2014/C 431/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Tatabányai Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: István Tivadar Szabó
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Közép-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Dispożittiv
1)
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għat-tielet domanda magħmula mit-Tatabányai közigazgatási és munkaügyi bíróság (l-Ungerija).
2)
Id-domandi l-oħra magħmula mill-imsemmija qorti huma manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 245, 28.07.2014
Full & Egal Universal Law Academy