19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/14
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Općinski sud u Velikoj Gorici – il-Kroazja) – VG Vodoopskrba d.o.o. za vodoopskrbu i odvodnju vs Đuro Vladika
(Kawża C-254/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Politika Komunitarja fil-qasam tal-ilma - Direttiva 2000/60/KE - Prezz iffatturat lill-konsumatur - Possibbiltà li jiġu ffatturati spejjeż fissi - Fatti preċedenti għall-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2015/C 016/20)
Lingwa tal-kawża: il-Kroat
Qorti tar-rinviju
Općinski sud u Velikoj Gorici
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: VG Vodoopskrba d.o.o. za vodoopskrbu i odvodnju
Konvenuta: Đuro Vladika
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mill-Općinski sud u Velikoj Gorici (il-Kroazja).
(1) ĠU C 253, 04.08.2014.
Full & Egal Universal Law Academy