20.7.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 236/21
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-5 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Jednostka Innowacyjno-Wdrożeniowa Petrol S.C. Paczuski Maciej i Puławski Ryszard vs Minister Finansów
(Kawża C-275/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija - Direttiva 2003/96/KE - Artikolu 2(3) - Effett dirett - Additivi għall-karburant li jaqgħu taħt il-Kodiċi 3811 tan-Nomenklatura Magħquda))
(2015/C 236/29)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Naczelny Sąd Administracyjny
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jednostka Innowacyjno-Wdrożeniowa Petrol S.C. Paczuski Maciej i Puławski Ryszard
Konvenut: Minister Finansów
Dispożittiv
1)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li timponi dazju tas-sisa fuq additivi li jaqgħu taħt il-Kodiċi 3811 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2008, tad-19 ta’ Settembru 2008, b’rata differenti minn dik applikabbli għall-karburant li miegħu jiżdiedu dawn l-additivi.
2)
It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2003/96 għandu jiġi interpretat fis-sens li individwu jista’ jinvokah kontra l-awtorità nazzjonali kompetenti fil-kuntest ta’ tilwimiet quddiem il-qrati nazzjonali intiżi sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li hija inkompatibbli ma’ din id-dispożizzjoni.
(1) ĠU C 171, 26.05.2015.
Full & Egal Universal Law Academy