4.5.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 146/11
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-10 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Satu Mare – ir-Romanija) – Sergiu Lucian Băbășan vs Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare
(Kawża C-305/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li awtorizzazzjoni minn qabel hija meħtieġa għall-arganizzazzjoni ta’ dimostrazzjoni pubblika - Assenza ta’ implimentazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2015/C 146/17)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Satu Mare
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Sergiu Lucian Băbășan
Konvenut: Inspectoratul Județean de Poliție Satu Mare
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex manifestament il-ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunalul Satu Mare (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tas-7 ta’ Marzu 2014.
(1) ĠU C 329, 22.09.2014
Full & Egal Universal Law Academy