28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Slovenská autobusová doprava Trnava a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje
(Kawża C-318/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikoli 49 TFUE u 52 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Trasport pubbliku permezz tal-ferrovija u bit-triq - Trasport bl-awtobus fuq ir-rotot urbani ta’ trasport pubbliku - Trasportatur li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor u li jopera permezz ta’ fergħa - Obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni speċjali - Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kompetenti - Kuntratt ta’ servizz pubbliku))
(2015/C 320/11)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Slovenská autobusová doprava Trnava a.s.
Konvenuta: Krajský úřad Olomouckého kraje
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teħtieġ lit-trasportaturi barranin biss, li jkollhom fergħa f’dan l-Istat Membru, jiksbu awtorizzazzjoni speċjali mogħtija b’mod diskrezzjonarju mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jeżerċitaw attività ta’ trasport kollettiv urban b’rotta fuq it-territorju ta’ dan l-Istat Membru biss.
(1) ĠU C 351, 06.10.2014
Full & Egal Universal Law Academy