19.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tas-6 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság – L-Ungerija – Herrenknecht AG vs Hév-Sugár kft
(Kawża C-366/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 53(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Inammissibbiltà manifesta - Assenza ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar il-kuntest fattwali u leġiżlattiv tat-tilwima fil-kawża prinċipali kif ukoll dwar ir-raġunijiet li jiġġustifikaw in-neċessità ta’ risposta għad-domanda preliminari))
(2015/C 016/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Herrenknecht AG
Konvenuta: Hév-Sugár kft
Dispożittiv
It-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-XX., XXI. és XXIII. kerületi bíróság (l-Ungerija), permezz tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Lulju 2014 (Kawża C 366/14), hija manifestament inammissibbli.
(1) ĠU C 351, 06.10.2014.
Full & Egal Universal Law Academy