28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud) – ir-Repubblika Ċeka)– PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel
(Kawża C-405/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klassifikazzjoni tariffarja - Validità tal-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2004 matul il-perijodu bejn it-22 ta’ Marzu 2004 u t-22 ta’ Diċembru 2009 - Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni għad-dikjarazzjoniiet lid-dwana ppreżentati matul is-sena 2008 - Klassifikazzjoni ta’ prodotti intiżi għall-kompjuters, magħmula minn apparat li jxerred is-sħana u minn fann))
(2015/C 320/14)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PST CLC a.s.
Konvenut: Generální ředitelství cel
Dispożittiv
1)
Il-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, tal-tal-1 ta’ Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda kien invalidu matul il-perijodu meta dan kien fis-seħħ, jiġifieri mit-22 ta’ Marzu 2004 sat-22 ta’ Diċembru 2009.
2)
Sa fejn il-prodotti inkwistjoni jkunu komposti minn apparat li jxerred is-sħana kif ukoll minn fann u jkunu esklużivament intiżi sabiex jiġu inkorporati f’kompjuter, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, il-klassifikazzjoni tariffarja għandha ssir abbażi ta’ regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007.
(1) ĠU C 431, 01.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy