10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/21
Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla għall-eżami mill-ġdid) tad-9 ta’ Settembru 2014 li tiġi eżaminata mill-ġdid is-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Awla tal-Appell) mogħtija fl-10 ta’ Lulju 2014 fil-Kawża T-401/11 P, Livio Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-417/14 RX)
(2014/C 395/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali
Rikorrent: Livio Missir Mamachi di Lusignano (rappreżentanti: Fabrizio di Gianni, Renato Antonini, Gabriele Coppo u Aldo Scalini, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Kwistjonijiet li għandhom ikunu s-suġġett tal-eżami mill-ġdid
L-eżami mill-ġdid għandu jsir dwar il-kwistjoni jekk is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, Missir Mamachi di Lusignano vs Il-Kummissjoni (T-401/11 P, EU:T:2014:625) tippreġudikax l-unità jew il-koerenza tad-dritt tal-Unjoni sa fejn l-imsemmija Qorti Ġenerali, bħala qorti tal-appell, iddeċidiet li kellha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi, bħala qorti tal-ewwel istanza, dwar rikors għal responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni
—
ibbażat fuq nuqqas ta’ istituzzjoni li twettaq l-obbligu tagħha li tiżgura l-protezzjoni tal-uffiċjali tagħha;
—
ippreżentat minn terzi persuni fil-kwalità tagħhom ta’ aventi dritt ta’ uffiċjal deċedut kif ukoll fil-kwalità tagħhom ta’ membri tal-familja ta’ tali uffiċjal;
—
intiż għal kumpens għad-danni morali sostnuti mill-uffiċjal deċedut stess kif ukoll danni materjali u morali sostnuti minn dawn it-terzi persuni.
Il-persuni interessati msemmija fl-Artikolu 23 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-partijiet fil-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea huma mistiedna jressqu quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom dwar l-imsemmija kwistjoni, f’terminu ta’ xhur mid-data tan-notifika tal-imsemmija deċiżjoni
Full & Egal Universal Law Academy