1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-30 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság) – l-Ungerija – Jácint Gábor Balogh vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
(Kawża C-424/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikoli 213 u 214 - Nuqqas ta’ dikjarazzjoni tal-bidu ta’ attività - Skema ta’ eżenzjoni għall-impriżi żgħar - Sanzjoni))
(2016/C 038/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Jácint Gábor Balogh
Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága
Dispożittiv
1)
L-Artikolu 213(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tobbliga lil persuna taxxabbli li tiddikjara l-bidu ta’ attività ekonomika meta l-prodott ta’ din l-attività ma jkunx jeċċedi l-limitu tal-iskema ta’ eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar u meta l-persuna taxxabbli ma tkunx intiża li teżerċita attività taxxabbli.
2)
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li multa amministrattiva tissanzjona n-nuqqas ta’ osservanza minn persuna taxxabbli tal-obbligu tagħha li tiddikjara l-bidu ta’ attività ekonomika meta l-prodott ta’ din l-attività ma jkunx jeċċedi l-limitu tal-iskema ta’ eżenzjoni għall-impriżi ż-żgħar. Huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tevalwa jekk, fil-kawża prinċipali, is-sanzjoni imposta hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
(1) ĠU C 439, 8.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy