5.9.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 326/3
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-31 ta’ Mejju 2016 – Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-450/14 P) (1)
((Appell - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 181 - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratti konklużi fil-kuntest tas-sitt programm kwadru għal azzjonijiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni li jikkontribwixxu għar-realizzazzjoni taż-żona Ewropea tar-riċerka u l-innovazzjoni (2002-2006), tal-programm eTEN, dwar in-netwerks ta’ telekomunikazzjonijiet transEwropej kif ukoll tal-programm qafas għall-innovazzjoni u l-kompetitività (2007-2013) - Rapport ta’ awditu li kkonstata n-natura mhux eliġibbli tal-ispejjeż esposti - Talba għar-rimbors tal-għajnuna mogħtija - Kumpens fil-forma ta’ somma f’daqqa - Rikors għal annullament - Kontrotalba))
(2016/C 326/03)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Appellant: Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis (rappreżentant: S. Skliris, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Lejeune u A. Marcoulli, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Koinonia Tis Pliroforias Anoichti Stis Eidikes Anagkes – Isotis hija kkundannata għall-ispejjeż
(1) ĠU C 395, 16.11.2014.
Full & Egal Universal Law Academy