30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/7
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-3 ta’ Settembru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha – Spanja) – Manuel Orrego Arias vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real
(Kawża C-456/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, ta’ sigurtà u ta’ ġustizzja - Direttiva 2001/40/KE - Rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet ta’ tneħħija taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi - Artikolu 3(1)(a) - Kunċett ta’ “offiża kkastigata b’piena li tinvolvi iċ-ċaħda tal-libertà ta’ mill-inqas sena” - Deċiżjoni ta’ tneħħija ta’ ċittadin ta’ pajjiz terz minħabba kundanna kriminali - Sitwazzjoni li ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2001/40 - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni))
(2015/C 398/08)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Manuel Orrego Arias
Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real
Dispożittiv
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea hija manifestament mingħajr ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla-La Mancha (Spanja), permezz ta’ deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2014 (Kawża C-456/14).
(1) ĠU C 439, 8.12.2014.
Full & Egal Universal Law Academy