20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale ordinario di Cagliari – l-Italja) – proċeduri kriminali kontra Roberto Siddu
(Kawża C-478/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))
(2015/C 127/06)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale ordinario di Cagliari
Parti fil-proċeduri kriminali prinċipali
Roberto Siddu
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.
(1) ĠU C 7, 12.01.2015.
Full & Egal Universal Law Academy