20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/5
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-12 ta’ Frar 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Società Sogno di Tolosa Ltd et. vs Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato
(Kawża C-480/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura - Domandi preliminari identiċi - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Riorganizzazzjoni tas-sistema ta’ konċessjonijiet permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi - Sejħa għall-offerti ġdida - Konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet preċedenti - Restrizzjoni - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))
(2015/C 127/07)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società Sogno di Tolosa Limited, Ds di Dimarco Enzo & C. Sas, Centro Servizi di Barillà Marco, Assok di Rambaldi Stefano e Casbarra Luca Snc, Dg Comunicazioni di Di Giorno Giancarlo, Tamara Maraboli, Andrea Cappiello, Depa di Delberba C. Sas, Luca Campioni, Danio Milazzo, Andrea Menna, Emilio Schiavone, Sandro Casalboni, Lorena Bertora, Andromeda di Novellis Alessandro u Stellini Roberto Snc
Konvenuti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Agenzia delle Dogane e dei Monopoli di Stato
Fil-preżenza ta’: Carmelo Sisino, Gianni Viano, Vincenzo Brancati, Marco Decortes, Filippo Sangineto, Luca Piccolo, Salvatore Rosolia, Giada Aricò, Giuseppe Parrelli, Wett-Pads Vermittlungs, Galassio Game Srl
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE kif ukoll il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-organizzazzjoni ta’ sejħa għal offerti ġdida fir-rigward ta’ konċessjonijiet ta’ tul inferjuri għal dak tal-konċessjonijiet mogħtija preċedentement minħabba riorganizzazzjoni tas-sistema permezz ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet.
(1) ĠU C 7, 12.01.2015.
Full & Egal Universal Law Academy