29.6.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 213/13
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-10 ta’ Marzu 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de lo Mercantil no 3 de Madrid – Spanja) – Rosa dels Vents Assessoria SL vs U Hostels Albergues Juveniles SL
(Kawża C-491/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade marks - Direttiva 2008/95/KE - Artikolu 5(1) - Kunċett ta’ “terzi” - Proprjetarju ta’ trademark suċċessiva))
(2015/C 213/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 3 de Madrid
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rosa dels Vents Assessoria SL
Konvenuta: U Hostels Albergues Juveniles SL
Dispożittiv
L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv tal-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja li jipprekludi lil kull terz milli juża fl-eżerċizzju tal-kummerċ sinjali identiċi jew simili għat-trade mark tiegħu jista’ jiġi invokat ukoll fil-konfront ta’ terz li huwa l-proprjetarju ta’ trade mark Komunitarja suċċessiva, mingħajr ma jkun neċessarju li l-invalidità ta’ din l-aħħar trade mark tiġi ddikjarata minn qabel.
(1) ĠU C 26, 26.01.2015.
Full & Egal Universal Law Academy