25.7.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 270/10
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ April 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento – l-Italja) – Antonio Tita, Alessandra Carlin, Piero Constantini vs Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Segretario Generale del Tribunale Regionale di Giustizia Amministrativa di Trento (TRGA)
(Kawża C-495/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 89/665/KEE - Kuntratti pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Spejjeż ta’ aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-akkwist pubbliku - Dritt għal rimedju effettiv - Spejjeż dissważivi - Stħarriġ ġudizzjarju ta’ atti amministrattivi - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza))
(2016/C 270/12)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Antonio Tita, Alessandra Carlin, Piero Constantini
Konvenuti: Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Segretario Generale del Tribunale Regionale di Giustizia Amministrativa di Trento (TRGA)
Dispożittiv
L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-ħlas ta’ spejjeż ġudizzjarji, bħall-kontribuzzjoni unifikata inkwistjoni fil-kawża prinċipali, waqt l-introduzzjoni, fil-qrati amministrattivi, ta’ rikors fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.
(1) ĠU C 26, 26.01.2015
Full & Egal Universal Law Academy