28.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 320/12
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – P vs M
(Kawża C-507/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dubju raġonevoli - Ġurisdizzjoni f’materja ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 16(1)(a) - Determinazzjoni tad-data li fiha qorti tkun adita - Talba għas-sospensjoni tal-proċedura - Assenza ta’ effett))
(2015/C 320/16)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: P
Konvenuta: M
Dispożittiv
L-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti titqies li hija adita fid-data li fiha l-att promotur jew att ekwivalenti huwa ppreżentat quddiem din il-qorti, anki meta l-proċedura sadanittant ġiet sospiża fuq inizjattiva tal-applikant li kien ippreżentaha, mingħajr ma l-imsemmija proċedura ġiet innotifikata lill-konvenuta la li din tal-aħħar kellha konjizzjoni tagħha jew tkun intervjeniet b’ebda mod, sakemm l-applikant ma ttraskurax wara li jieħu l-miżuri li kien obbligat li jieħu sabiex l-att ikun innotifikat lill-konvenuta.
(1) ĠU C 65, 23.02.2015.
Full & Egal Universal Law Academy