1.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 38/15
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse e.V. vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju tan-Netherlands, Nederlandse Zuivelorganisatie
(Kawża C-519/14 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 510/2006 - Reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti - Reġistrazzjoni tad-denominazzjoni “Gouda Holland” - Produtturi li jużaw il-isem “gouda” - Assenza ta’ interess ġuridiku))
(2016/C 038/20)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellant: Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse e.V. (rappreżentanti: M. Loschelder u V. Schoene, avukati)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Schima, J. Guillem Carrau u G. von Rintelen, aġenti), ir-Renju tan-Netherlands (rappreżentanti: M. Bulterman u B. Koopman, aġenti); Nederlandse Zuivelorganisatie (rappreżentanti: P. van Ginneken u G. Béquet, avukati)
Dispożittiv
1.
L-appell huwa miċħud.
2.
Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse e.V. hija kkundannata għall-ispejjeż.
3.
Ir-Renju tan-Netherlands u n-Nederlandse Zuivelorganisatie għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.
(1) GU C 16, 19.01.2015.
Full & Egal Universal Law Academy