30.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 398/8
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-17 ta’ Settembru 2015 – Arnoldo Mondadori Editore SpA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Grazia Equity GmbH
(Kawża C-548/14 P) (1)
((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nruo40/94 - Applikazzjoni għal reġistrazzjoni tat-trade mark verbali GRAZIA - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade marks verbali u figurattivi internazzjonali, Komunitarji u nazzjonali li jinkludu l-element verbali “GRAZIA” - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Artikolu 8(1)(b) - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(5) - Reputazzjoni))
(2015/C 398/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Arnoldo Mondadori Editore SpA (rappreżentanti: G. Dragotti, R. Valenti, S. Balice u E. Varese, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: A. Schifko, aġent), Grazia Equity GmbH (rappreżentant: M. Müller, avukat)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Arnoldo Mondadori Editore SpA hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
3)
Grazia Equity GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 73, 2.3.2015.
Full & Egal Universal Law Academy