27.2.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/4
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona – Spanja – Ismael Fernández Oliva vs Caixabank SA (C-568/14), Jordi Carné Hidalgo, Anna Aracil Gracia vs Catalunya Banc SA (C-569/14), Nuria Robirosa Carrera, César Romera Navales vs Banco Popular Español SA (C-570/14)
(Kawżi Magħquda C-568/14 sa C-570/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kuntratti konklużi bejn bejjiegħa jew fornituri u konsumaturi - Kuntratti ipotekarji - Klawżola ta’ rata minima - Proċedura kollettiva - Proċedura individwali bl-istess suġġett - Miżuri provviżorji))
(2017/C 063/06)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de lo Mercantil no 3 de Barcelona
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ismael Fernández Oliva (C-568/14), Jordi Carné Hidalgo, Anna Aracil Gracia SA (C-569/14), Nuria Robirosa Carrera, César Romera Navales (C-570/14)
Konvenuti: Caixabank SA (C-568/14), Catalunya Banc SA (C-569/14), Banco Popular Español SA (C-570/14)
Dispożittiv
L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li ma tippermettix lill-qorti adita b’azzjoni individwali minn konsumatur intiża li tiġi kkonstatata n-natura inġusta ta’ klawżola ta’ kuntratt li torbtu ma’ bejjiegħ jew fornitur tadotta ex officio, għall-perijodu li tqis li jkun utli, miżuri provviżorji fl-istennija ta’ sentenza definittiva dwar azzjoni kollettiva pendenti li s-soluzzjoni mogħtija fiha tkun tista’ tiġi adottata għall-azzjoni individwali, meta tali miżuri huma meħtieġa sabiex tiġi ggarantita l-effikaċità sħiħa tad-deċiżjoni ġudizzjarja li tkun għad trid tingħata dwar l-eżistenza tad-drittijiet invokati mill-konsumatur fuq il-bażi tad-Direttiva 93/13.
(1) ĠU C 46, 9.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy