7.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 294/16
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-575/14 P) (1)
((Appell - Klawżola ta’ arbitraġġ - Kuntratt marbut mal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni Ewropea mogħtija lil proġett fil-kuntest tal-programm eContent - Rexissjoni tal-kuntratt mill-Kummissjoni Ewropea - Pagament tas-somom mhux imħallsa u kumpens għad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti - Żnaturament tal-elementi tal-proċess - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u manifestament infondat għall-bqija - Talba li tinbidel id-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea dwar l-ispejjeż - Inammissibbiltà manifesta))
(2015/C 294/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: M. Sfyri u I. Ampazis, dikigoroi)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Cappelletti u S. Delaude, aġenti)
Dispożittiv
1)
L-appell huwa miċħud.
2)
Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 65, 23.2.2015.
Full & Egal Universal Law Academy